L-attur Frankie Muniz, magħruf ħafna għall-irwol tiegħu bħala Malcolm fis-serje Malcolm in the Middle, tkellem għall-ewwel darba wara li tilef ħafna mill-memorja.
Muniz li għandu 31 sena spjega li bil-kemm jiftakar jieħu sehem fis-serje Malcolm in the Middle, serje li fiha hu kien il-protagonist. Dan wara li kellu disa’ konkussjonijiet u diversi puplesiji.
Is-serje kienet damet għal madwar 7 snin, iżda Muniz spjega li minħabba l-problemi li għandu fis-saħħa u ma tantx jiftakar dwar dak il-perjodu ta’ ħajtu.
Sostna li l-memorja tiegħu għas-sehem tiegħu f’dan is-serje hi li joqgħod jara lilu nnifsu fl-episodji li għamel. It-tfajla tiegħu Paige Price tgħinu billi żżomm djarju fejn tniżżel fih il-mumenti sbieħ li jkollhom flimkien.