L-obeżità fi tfal u żgħażagħ żdiedet għaxar darbiet iktar f’dawn l-aħħar erba’ diċenji, dan ifisser li madwar 124 miljun tifel u tifla madwar id-dinja għandhom piż żejjed aktar minn dak li sippost. Dan skont riċerka ġdida.
L-analiżi li sar f’The Lancet hu l-akbar wieħed tat-tip tiegħu u jagħti ħarsa lejn informazzjoni dwar l-obeżità f’aktar minn 200 pajjiż.
Fir-Renju Unit, wieħed minn kull 10 persuni ta’ etajiet bejn il-ħames u dsatax-il sena, huma obeżi.
Iċ-ċans li tfal obeżi jkunu adulti obeżi hu ferm akbar, fejn dawn ikunu fir-riskju li jkollhom problemi serji fis-saħħa.