Il-Mexxej Katalan Carles Puigdemont fid-diskors tant mistenni qal li se jkun qed iżomm mal-vot li ttieħed dwar l-indipendenza iżda l-ewwel pass se jkun li jfittex taħdidiet ma’ Spanja.
Id-diskors tal-mexxej Katalan ittardja b’siegħa, fejn fih kellu jħabbar il-pjanijiet tiegħu għall-futur tal-provinċja dan hekk kif qed jaffaċċja pressjoni biex iwaqqaf il-pjanijiet biex Katalunja tinfired minn ma’ Spanja.
Qed ikun hemm spekulazzjoni li jista’ jkun li jħabbar dikjarazzjoni unilaterali ta’ indipendenza wara r-referendum.
Franza u l-Ġermanja, t-tnejn esprimew appoġġ għall-għaqda fi Spanja.
Is-sindku ta’ Barcelona ħeġġeġ lil Puigdemont u l-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy biex inaqqsu l-kriżi.
Qabel id-diskors ta’ Puigdemont, is-sindku ħeġġeġ biex ma tkunx iddikjarata indipendenza u appella lil Rajoy biex jeskludi kontroll dirett minn Madrid.