Sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ikomplu jgawdu minn kwalita’ tal-ħajja aħjar, il-Gvern se jibda jwettaq il-wegħda tiegħu li jagħti lura l-btajjel pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa u li dawn kienu ttieħdu minn Gvern Nazzjonalista.
B’hekk mis-sena d-dieħla l-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jibdew igawdu aktar ħin mal-familja tagħhom biż-żieda ta’ ġurnata leave oħra.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li bħalissa diġà bdew diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali dwar kif jista’ jintlaħaq l-akbar livell ta’ kunsens biex din il-proposta tkompli tkun implimentata matul din il-leġiżlatura, kif imwiegħed.