Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, żvela permezz ta’ twitter it-tema għall-baġit li se jinqara llejla. Għalkemm il-baġit ikun maħsub għas-sena ta’ wara, fl-aħħar sigħat il-Prim Ministru indika b’mod ċar li dan se jkun baġit ieħor li jibni fiċ-ċiklu ekonomiku tal-gvern fejn issa l-enfasi hija li Malta tagħmel qabża oħra b’mod li tkun lesta għall-futur. Fil-fatt, it-tema hija marbuta ma’ dak li issa ilu jitkellem dwar l-Prim Ministru għal bosta jiem li wara li pajjiżna bena sisien sodi issa jrid jibdew jħejjih għall-Ġenerazzjoni Li Jmiss. Il-futur nistgħu nitkellmu dwaru iktar wara li kien irreġistrat surplus u l-aqwa tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Żdied ukoll ix-xogħol u naqas il-faqar.