Mal-300 persuna oħra se jiġu mgħejuna biex isiru sidien ta’ djarhom.
Il-gvern se jidħol f’arranġamenti mal-Bank of Valletta biex ikunu jistgħu jiġu mgħejuna jixtru proprjetà u b’hekk isiru sidien ta’ darhom.
Din l-inizjattiva diġa kienet suċċess meta l-Awtorità tad-Djar flimkien mal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) diġà daħlet f’arranġament mal-APS Bank biex jingħataw social loans lil 100 sid prospettiv biex jiġu megħjuna jsiru sid ta’ darhom.