Anzjani li jmorru jgħixu f’dar tal-anzjani , se jkollhom l-opportunita li jagħtu lura lill-gvern il-post li kienu jikru minn għand il-gvern biex jerġa jintuża għal housing soċjali.Dawk li bħalissa tinqatalhom 80% tal-pensjoni se tinqatalhom 60%. U dawk li tinqatalhom 60% tal-pensjoni se tinqatalhom 40% tal-pensjoni. B’hekk dawn l-anzjani se jieħdu lura f’buthom bejn €1,350 u €2,700 fis-sena skont il-pensjoni tagħhom. Miżura li se tapplika ukoll għal dawk l-anżjani li diġa jgħixu f’tali istituzzjoni.
Għalhekk kull anzjan li jkun jgħix f’post mikri mingħand il-Gvern, u wara li jidħol San Vinċenz de Paule jew f’xi dar tal-anzjani inkluż dawk privati jew tal-knisja taħt xi PPP mal-Gvern, jagħżel li jirritorna ċ-ċwievet tal-post tal-Gvern, jibda jinqatagħlu 20 fil-mija inqas mill-pensjoni tiegħu.