Il-Gvern se jkun qed ikompli bil-programm ta’ ftuħ ta’ djar għal persuni b’diżabilità.
Għas-sena d-dieħla hemm maħsub xogħol u tagħmir ta’ tliet djar oħra għal adulti b’diżabilità intellettwali, inkluż persuni b’awtiżmu u b’imġieba diffikultuża.
Fl-istess waqt, se ssir ħidma biex jingħata bidu għat-twaqqigħ u l-bini mill- ġdid tad-dar residenzjali u ċ-Ċentru għal Matul il-Jum li hemm fil-Qasam tal-Vajrita f’Wied il-Għajn.
Il-proġett għandu jieħu madwar erba’ snin biex jitlesta. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, se tniedi taqsima biex tiżgura u tinforza d-drittijiet u l-interessi ta’ persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.