Il-Gvern se jkun qed jaħdem b’mod attiv biex jisfrutta l-opportunitajiet li se jkunu qed jinħolqu relatati ma’ Brexit. Kien għalekk li twaqqaf Working Group bil-għan li jfassal strateġija sabiex tiffoka dwar kif Malta tista’ tattira, u dan mhux biss kumpaniji li bħalissa qed joperaw mir-Renju Unit.
Fejn jidħlu servizzi finanzjarji l-Gvern beda jattira kumpaniji ta’ assigurazzjoni biex dawn jirrilokaw f’pajjiżna, fosthom bħal kumpanija Starr fejn il-Gvern qed jistudja kif jinħolqu setturi li jattiraw kumpaniji b’mod partikolari mill-industriji tal-avjazzjoni u dik marittima.
Is-settur tas-servizzi finanzjarji se jkun qed jifrex fl-oqsma tal-akonomija diġtali, paymeny services u istituzzjonijiet li joperaw fi transazzjonijiet ta’ flus elettroniċi.