Il-Ministru Konrad Mizzi se jibda proċeduri ta’ libel kontra dawk li sejjaħ bħala allegazzjonijiet foloz u giddieba tal-Partit Nazzjonalista.
“L-istqarrijiet li saru dalgħodu mill-Partit Nazzjonalista huma kundannabbli. Il-Partit Nazzjonalista qed jallega koruzzjoni b’rabta mal-ikbar investiment f’pajjiżna. Dak ta’ €320 miljun li bidel il-ġejjieni tal-Enemalta,” qalet stqarrija ta’ Mizzi.
“Gidba sfaċċata,” żied jgħid il-Ministru Mizzi li qal li l-proċeduri legali se jkunu kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u d-deputati Jason Azzopardi u Marthese Portelli. Mizzi fakkar li l-koruzzjoni fl-Enemalta seħħet fi żmien l-iskandlu taż-żejt fl-istess perjodu li l-gvern ta’ dak iż-żmien baqa’ jsostni li ma riedx jaqbel għall-gass minkejja kull impenn mod ieħor.