Instabet ir-ras tal-ġurnalista Żvediża li sparixxiet xahrejn ilu wara vjaġġ fuq sottomarin tal-inventur Daniż Peter Madsen.
Ir-ras tagħha nstabet f’borża li kien fiha wkoll żewġ saqajn, qal l-ispettur tal-pulizija ta’ Kopenħagen Jens Moller.
Borża oħra kien fiha l-ħwejjeġ nieqsa tagħha.
It-torso ta’ Kim Wall kien instab fil-baħar ‘il barra minn Kopenhagen 11-il jum wara li salpa is-sottomarin ta’ Peter Madsen fl-10 ta’ Awwissu.
Ir-raġel ta’ 46 sena jiċħad li qatilha.
Huwa jiċħad ukoll l-akkuża ta’ mutilazzjoni tal-katavru tagħha.