Bugħaddasa Ġermaniża ddaħlet l-isptar wara li sabet ruħha f’diffikultajiet fil-bajja t’Għajnsielem f’Għawdex.
Dan ġara dalgħodu meta kienet ma’ grupp ta’ bugħaddasa fix-Xatt l-Aħmar. Wara li bdiet tesperjenza diffikultà, bugħaddasa oħra għenuha lura għal fuq il-blat u sejħu l-għajnuna.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza ssejħu għal fuq il-post u l-mara ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.