Anzjan ta’ 60 sena mill-Fgura qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ wara nofsinhar, meta r-raġel sofra ġrieħi f’idejh ma’ magna waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.