Il-Premju Nobel għall-Paċi intrebaħ mill-kampanja Internazzjonali kontra l-armi nukleari – ICAN.
Iċ-chairperson tal-Kumitat Nobel qalet li l-premju ingħata għall-impenn tal-istess grupp biex jintlaħaq ftehim biex jiġu pprojbiti l-armi nukleari.
Hija ħeġġet lil dawk il-pajjiżi li għandhom l-armi nukleari biex jibdew in-negozjati bil-għan li gradwalment ineħħu darba għal dejjem dawn l-armi.