Il-Prosekuzzjoni qalet evidenza miġjuba torbot lil Shaun Caruana ma’ numru ta’ rapporti ta’ karozzi li ġew ivvandalizzati fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda fil-21 ta’ Awwissu.
Esperti forensiċi li eżaminaw ix-xena rrappurtaw li sabu l-marki tas-swaba’ tal-akkużat.
Caruana ta’ 22 sena, dalgħodu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-akkużat qal fil-Qorti li hu ma jaħdimx peress li hu priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Huwa kien impriġunat għall- tlett snin u nofs f’Settembru li għadda wara li ammetta għall-akkużi identiċi. Matul is-smiegħ tal-kawża li spiċċa fiċ-ċirku kriminali peress li ma setgħax isb impjieg.
L-akkużat informa lill-Qorti li ma kienx se jitlob għall-ħelsien mill-arrest, peress li bħalissa qed jiskonta s-sentenza ta’ priġunerija u jinsab detenut fil-ħabs.