Meta dalgħodu kien qed iwieġeb id-domandi tal-ġurnalisti, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva l-attitudni ta’ Adrian Delia f’mozzjoni mressqa mill-PN dwar dritt ta’ nisa infertili, bħala “offensiva”.Il-Prim Ministru kien qed jirreferi għall-mozzjoni mressqa fil-Parlament mill-Partit Nazzjonalista lbieraħ li ċċaħħad nisa infertili u koppji lisbjani milli jingħataw il-jedd tal-leave f’każ li jingħataw it-trattament tal-IVF bid-donazzjoni tal-gàmeta.
B’reazzjoni, il-Prim Ministru ddeskriva l-mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista bħala waħda “sorpriża”, hekk kif il-Partit Laburista fil-Gvern għandu mandat biex jimmodernizza l-liġi tal-IVF ħalli ssir tirrifletti aktar l-ugwaljanza.
Segwi l-kumment kollu tal-Prim Ministru dwar din il-kwistjoni hawn.