Fl-aħħar erbgħa snin il-Gvern Laburista wettaq madwar 1000 proposta tal-baġit li prepara tul dawn is-snin.
F’ konferenza stampa, indirizzata mill-Ministru tal-Finanzi u l-Kap tas-Servizz Puubbliku Mario Cutajar tħabbar li r-rata tat-twettiq tal-Baġit tas-sena li għaddiet kienet waħda normali bħas-snin ta’ qabel, iżda ċ-ċirkostanzi kienu agħar minħabba l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Elezzjoni Ġenerali.
Minkejja dawn is-Servizz Pubbliku baqa’ għaddej miexi ġmielu qal Cutajar, filwaqt li qal li dan huwa għeluq ta’ kapitlu iżda l-proposti li fadal jitwettqu mhux se jkunu minsija
Il-Ministru Scicluna qal li din hija prova ta’ kontabbilità.
Madwar 100 proposta mill-baġit tal-2014, 2015, u 2016 twettqu matul is-sena li għaddiet.