Minn tal-inqas dsatax-il persuna nqatlu meta ferrovija ħabtet ma’ karozza tal-linja fir-reġjun Russu ta’ Vladimir, mitt kilometru mil-Lvant ta’ Moska.
Qiegħed ikun irrapurtat li x-xufier jista’ jkun waqqaf il-magna wara li injora sinjal aħmar ta’ twissija.
L-awtoritajiet qalu li x-xufier prova jikkonvinċi lill-ħamsa u ħamsin passiġġier li kien qed iġorr minn Uzbekistan biex joħorġu mill-karozza tal-linja. Jidher li wħud mill-passiġġieri li ħarbu pruvaw iċaqilqu l-karozza tal-linja qabel il-ħabta.
Dawk kollha li mietu kien abbord il-karozza u l-ebda passiġġieri tal-ferrovija ma ndarbu fl-inċident.