Jerome Frendo, żagħżugħ ta’ 20 sena minn Ħ’Attard, li kien voluntier ta’ Puttinu Cares, ilu jiġġieled il-battalja kontra din il-marda qerrieda għal dawn l-aħħar tlett snin u tminn xhur.
Il-familja tiegħu qalet li l-preokkupazzjoni li kellhom għal saħħet Jerome issa ġiet issostitwita mill-emozzjonijiet għat-telfa tiegħu hekk kif jafu li mhux se jkunu qed jerġgħu jaraw it-tbissima tiegħu. “Fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu huwa kien seren, imdawwar b’nies li jħobbuh.”
Il-familja qalet li l-funeral se jkun ċelebrazzjoni ta’ ħajtu u li se jingħataw iktar dettalji fil-ħin li ġej. Huma appellaw sabiex dawk kollha li se jattendu għall-funeral ma jilbsux iswed.