IL-Buisness Hub propost mil-Gvern fil-bini tal-ex Malta Dairy Products fix-Xewkija ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Parti mill-binja li tinsab fuq stil modern se tkun qed tiġi restawrata u se tinbidel f’uffiċini u swali tal-konferenzi u l-parti tal-fabbrika se tkun qed titwaqqa biex tgħamel post għal aktar uffiċini u parkeġġ imdaqqas taħt l-art.
Il-board approva wkoll il-bini ta ċentru ta’ rijabilitazzjoni ta’ persuni li jinsabu maħkumin mill-vizzju tad-droga. Dan iċ-ċentru li jinsab fil-limiti ta’ Kandja se jkun jinkludi diversi dormitorji kif ukoll kmamar ta’ rikrejazzjoni fost l-oħrajn. Parti minn dan il-kumpless se jkun jinkludi fiħ żona mdaqqsa fejn se jkunu jistgħu jinżammu l-annimali.