Tnediet it-tielet edizzjoni tal-inizjattiva Premju Servizz bi tbissima.
Premju li jirrikonoxxi d-dedikazzjoni u x-xogħol ta’ dawk il-bejjiegħa li jagħmlu l-almu tagħhom biex joffru l-aqwa prodotti u servizzi lill-klijenti tagħhom. Dan mhux biss qabel ma jiġi konkluż ix-xiri imma anki wara. Dan kollu huwa funzjoni ewlenija tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA hi dik li tippromwovi prattiċi ta’ negozju li jibbenefikaw minnhom il-konsumaturi u li jsaħħu d-drittijiet tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Debattista ghall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Deo Debattista, fakkar kif din kienet inizjattiva li il-Gvern welled fl-2013 sabiex tissaħħaħ il-fiduċja u r-relazzjoni tajba bejn min jixtri u min ibiegħ, u biex in-negozji isiru iktar consumer friendly. Waqt it-tnedija tal-Premju kien imfakkar kif dan għandu marbut miegħu kompetizzjoni u bħall-edizzjoni li għaddiet, din is-sena l-konsumaturi se jkunu qed jivvutaw, abbażi ta’ numru ta’ kriterji, li l-bejjiegħ jew stabbiliment li jħossu li qed joffrilhom l-aqwa servizz.
Il-Kategoriji għall-Premju din is-sena huma:
- Bejjiegħa lokali li joffri xiri online
- Negozji li jaħdmu fil-qasam tal-ivjaġġar
- Ħwienet li jbiegħu apparat elettroniku u oġġetti tad-djar
- Supermarkets u Minimarkets
- Ħwienet li joffru servizzi fil-qasam tal-moda u sbuħija
Il-konsumaturi jistgħu jivvutaw aktar minn darba, anki fl-istess kategorija, iżda mhux għall-istess bejjiegħ. Il-votazzjoni għandha ssir permezz tal-paġna ta’ Facebook u permezz tas-sit elettroniku. Il-konsumaturi għandhom ukoll josservaw kodiċi ta’ kondotta waqt il-votazzjoni. L-Inġ. Pizzuto spjegat kif il-ħames rebbieħa se jkunu qed jittellgħu bix-xorti b’sistema awtomatika. “Iktar tard din is-sena u bħalma għamilna fis-snin li għaddew, se ntellgħu ċerimonja fejn se nkunu qed nippremjaw kemm lil dawk il-bejjiegħa li ġew l-ewwel minn kull kategorija, kif ukoll lil dawk il-konsumaturi li jkunu ttellgħu bix-xorti u rebħu r-rigal ta’ flus”, temmet tgħid Pizzuto.