Sas-sena 2019 Malta se tkun qed tiġbor lura aktar minn 70% tal-fliexken tal-plastic kollha li jintużaw. Dan ħabbru l-Prim Ministru waqt l-indirizz tiegħu fil-konferenza My Ocean. Għal din il-konferenza attendew numru kbir ta’ mexxejja ta’ pajjiżi minn madwar id-dinja.
Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li MAlta se tkun qed talloka 30% tal-ibħra tagħha bħala żoni protetti fil-baħar dawn sabiex tkompli tiġi protette l-ekoloġija tal-baħar.
F’din il-konferenza tkellmu wkoll il-Kummisarju Ewropew Karmenu Vella kif ukoll l-Prinċep Karlu tal-Inghilterra.