Is-sieħba tal-aggressur ta’ Las Vegas li qatel tmienja u ħamsin persuna fil-jum tal-Ħadd qalet li ma kellha l-ebda idea x’kien qed jippjana s-sieħeb tagħha.
Il-kummenti ta’ Marilou Danley saru sigħat qabel il-pulizija ssuġerew li Stephen Paddock kien qed jgħix ħajja sigrieta. Huma qalu li jista jkun kien qed jippjana biex jaħrab minflok jispara lilu nnifsu, iżda ma ngħatawx iktar dettalji. Għadu mhux magħruf għala fetaħ in-nar fuq kunċert fil-miftuħ, u wettaq l-agħar sparatura fl-istorja moderna tal-Istati Uniti.