F’Barċellona u Katalonja issoktaw il-protesti wara l-atti vjolenti tal-Pulizija fir-refendum għall-Indipendenza ta’ Katalunja l-Ħadd li għadda.
Is-servizz tat-trasport pubbliku f’Katalunja huwa wieħed minimu wkoll hekk kif l-unjins tal-ħaddiema sejħu strajk, bil-konsegwenza ta’ ħamsin roadblock li ħolqu konġestjoni ta’ traffiku kbir tant li l-port ta’ Barċellona waqqaf joppera. Apparti minn hekk diversi negozji fosthom ħwienet u kif ukoll skejjel u universitajiet ma’ fetħux u ażjendi oħra li joperaw fil-kura medika qed jaħdmu fl-inqas livelli minimi.
Is-Servizz tal-Metro qata’ s-servizz tiegħu b’ħamsa u għoxrin fir-‘rush hour’ filwaqt li s-servizz tal-ferrovija inqata’ għalkollox.
Ma’ dan kollhu anke l-attrazzjonijiet prinċipali turistiċi ma’ fetħux il-bibien tagħhom fosthom il-famuża Knisja tas-Sagra Familja.