Il-Pulziija f’Las Vegas bħalissa għaddejja b’investigazzjoni sabiex tistabbilixxi x’kien il-motiv wara l-attakk li twettaq waqt kunċert f’Las Vegas, li ħataf il-ħajja ta’ 59 persuna fen fosthom indarbu madwar 527 persuna.
L-aggressur Stephen Paddock, ta’ 64 sena, spara mit-32 sular ta’ lukanda li kienet fil-qrib, Mandalay Bay Hotel, għal fuq il-folla li kienet qed tattendi għal dan il-kunċert.
Il-Pulizija sabu madwar 23 arma tan-nar fil-kamra li kien qiegħed fiha, kif ukoll splussiv u madwar 19-il arma tan-nar oħra fir-residenza tiegħu f’Nevada.
S’issa għadu ma ġiex stabbilit l-motiv wara dan l-attakk u għalkemm il-grupp terroristiku Daesh sostna li l-attakk twettaq f’ismu, m’hemm l-ebda provi li juru dan.
Intant bosta persuni minn madwar id-dinja jinsabu urtati dwar il-fatt kif il-midja qed tpenġi dan il-każ bħala wieħed differenti minn każijiet oħra. Fejn qed jgħidu li peress li l-bniedem li wettaq dan l-attakk hu ta’ karnaġġjon bajda, il-midja qed tpenġi dan l-attakk differenti hekk kif meta jitwettaq attakk simili bl-aggressur ikun ta’ karnaġġjon differenti – dan idejħulu terrorist u attakk terroristiku.