L-Imħallef Antonio Mizzi ma laqax it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil f’każ fejn talbu ma jismax appelli li saru minn deċiżjoni dwar inkjesta oħra li talab fl-aħħar xhur.
Il-każ jittratta allegazzjonijiet li għamlet il-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia, u rrepetihom Simon Busuttil fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi fost oħrajn.
Busuttil kien talab ir-rikuża tal-Imħallef Antonio Mizzi għax martu inzertat membru tal-parlament Ewropej tal-partit Laburista.
Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef qal li huwa qatt ma kien tesserat jew involut f’xi partit politiku u lanqas kien involut fil-politika.
Żied li l-mara tiegħu għandha l-fehmiet politiċi tagħha u hu qatt ma esprima xi tip ta’ opinjoni politika u qatt ma assoċja ruħu mal-fehmiet politiċi tagħha.
L-Imħallef Mizzi qal li meta jkun qed jisma’ każ jew jiddeċiedi dwar każ, dejjem iħares lejn kull ċittadin l-stess. Irrispetivament mill-kariga li jkun qed jokkupa – min ikun fetaħ il-kawża jew min ikun l-akkużat.
Diżappuntat bis-sentenza l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi – ħarġu barra l-qorti u komplew jattakkaw lill-Imħallef kif ukoll il-qorti Maltija. Dan minkejja li diġà ġew imċanfra mill-Kamra tal-Avukati li appellatlu għall-kawtela u r-rispett fil-mod ta’ kif jitkellem fuq il-ġudikatura.
U l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia appoġġja l-aġir ta’ Simon Busuttil, li jinjora d-deċiżjoni li ta l-Imħallef u appella mis-sentenza.
Żied li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiġġieled u se jieħu l-każ il-Qorti Kostituzzjonali.
Busuttil għandu l-appoġġ tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia – li qabel ma Busuttil li jattakka l-Imħallef u jappella mid-deċiżjoni tiegħu.
Din ma kinitx l-ewwel darba li l-qorti inkluż dik kostituzzjonali ċaħdet talba tal-Partit Nazzjonalista biex imħallef ma jkomplix jisma’ kawċa tal-istess partit dwar kwistjonijiet oħra.
L-Imħallef Antonio Mizzi mistenni jibda jisma’ l-kaċ fis-6 ta’ Novembru li ġej.