Żewġ irġiel li kienu qegħdin jaħdmu fuq dgħajsa sorġuta x-Xatt ta’ Tignè, tas-Sliema, spiċċaw feruti wara li ħarġet fjamma mill-magna li kienu qegħdin isewwu.
L-irġiel, Malti ta’ 26 sena residenti ż-Żurrieq u ieħor Marokkin ta’ 45 sena residenti ż-Żejtun ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza biex jiġu kkurati għall-ġrieħi li sofrew.
Iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li l-Malti sofra ġrieħi gravi u ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-Marokkin qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.