Id-deputat nazzjonalista Kristy Debono ġiet offrutha l-kariga ta’ Whip tal-Partit Nazzjonalista.Dan minkejja li kienet imwiegħda l-kariga ta’ viċi kap għall-Affarijiet tal-Parlament.
Jidher li kien id-deputat David Agius li bħalissa qed jokkupa l-kariga ta’ Whip, li ħareġ bl-idea li Debono isir Whip.
Idea li sabet l-appoġġ tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Kristy Debono hija l-mara ta’ Jean Pierre Debono, bit-tnejn ħadmu qatiegħ sabiex Adrian Delia jilħaq Kap Nazzjonalista.
Żewġha Jean Pierre Debono, ċeda s-siġġu lil Adrian Delia. Kif kienet żvelat il-gazzetta KULLĦADD xhur ilu.
Għalkemm dan mhux li xtaq Delia, l-imkejjen tagħna kienu qalu b’mod ċar li ma kienx hemm soluzzjoni oħra u ż-żmien tahom raġun.
Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qed jappoġġja qatiegħ lil David Agius u d-deputat Clyde Puli sabiex ikunu huma li jieħdu l-kariga tal-viċi kap tal-Partit u viċi kap tal-Parlament.
Tant li qamet kontroversja fil-grupp parlamentari nazzjonalista , wara li Delia ħadhom miegħu għall-laqgħa ta’ kortesija mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Apparti d-deputat Robert Arrigo li beda bil-kampanja tiegħu , issa anki d-deputat Edwin Vassallo beda bil-kampanja għall-elezzjoni ta’ viċi kap nazzjonalista.
Edwin Vassallo nnifsu qal li hu lest jirtira l-kandidatura tiegħu jekk David Agius jirtira mit-tellieqa biex Chris Said isir viċi kap b’mod awtomatiku.
Izda David Agius xorta waħda se jikkontentsa jekk Chris Said jiddikjara li joħroġ għall-viċi kap.