L-emendi għall-public administration act se jkunu fuq nett tal-aġenda tal-Parlament.
Dan hekk kif se jkun qed jerġa’ jiftaħ wara l-vaganzi tas-Sajf. Emendi li se jkunu qed jobbligaw lill-Ministri responsabbli jieħdu l-parir tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament, meta jkunu se jsiru ħatriet pubbliċi.
Sostna dan il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri.
Il-ġimgħa li ġejja hija waħda importanti ferm fil-kalendarju tal-Parlament – dan hekk kif it-Tnejn disà ta’ Ottubru se jiġi preżentat il-budget, li għalih qed isiru l-preparamenti kollha neċċessarji.
Il-Whip tenna wkoll li matul is-sajf sar ħafna xogħol preparatorju bl-għan li l-Parlament ikollu pjan ta’ ħidma imfassal sal-vaganzi tal-Milied.
Kwistjoni oħra li kienet diskussa tul l-aħħar xhur kienet dik dwar il -ħinijiet tal-ftuħ tal-Parlament. Bid-diskussjoni mistennija tkompli fil-ġimgħat li ġejjin.