Uffiċjali tad-Dwana waqqfu passiġġier mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li kien qed iġorr €12,440 li ma kinux iddikjarati.
Il-persuna ta’ nazzjonalità barranija u li għandu permess residenzjali f’Malta, kien ippjanat li jitla’ abbord titjira minn Malta lejn l-Istanbul. Hu twaqqaf fl-Ajruport u l-awtoritajiet ġew mgħarrfa.
Kull persuna li għandha l-ħsieb li tmur f’pajjiż ieħor b’ammont akbar minn €10,000 trid tiddikjara dan mad-Dwana.