Il-linja tal-ajru Monarch waqqfet topera b’effett immedjat u kkanċellat it-300,000 prenotazzjoni li saru.
Dan qalitu l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit.
Mal-110,000 passiġġier bħalissa jinsabu maqbuda barra mill-pajjiż u l-gvern talab lill-Awtorità tal-avjazzjoni sabiex tikri aktar minn tletin ajruplan ħalli jieħu l-passiġġieri lura fir-Renju Unit.
Il-linja tal-ajru “Monarch” timpjega mal-2,100 persuna u rrapurtat 291 miljun lira Ingliża ta’ telf is-sena li għaddiet. Il-linja tal-ajru kienet topera lejn pajjiżna mill-East Midlands fir-Renju Unit iżda dawn it-titjiriet waqfu fl-2015.