Tliet unuri prestiġjużi ghall-Malta Resuscitation Council. Fil-kungress ta’ din is-sena organiżżat mill-European Resuscitation Council fil-Germanja, il-grupp Malti rnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni tas-CPR u ingħata żewġ titli importanti oħra.
Filfatt il-grupp Malti kien magħmul minn Dr Anne Marie Camilleri Podesta, Dr Krista Calleja, Dr Chris Gauci, l-Infermier mill-Emerġenza Mark Gauci, u Dr Josef Zahra. Dawn irnexxielhom jirbħu il-finali kontra-Ingilterra u l-Germanja.
F’din il-kompetizzjoni l-grupp Malti ingħata sitwazzjoni fejn ta’ tifel ta’ ħames snin kien għereq u kawża t’hekk waqaf jieħu n-nifs. Kien hawn fejn dawn il-professjonisti riedu jgħaqqdu l-kapaċitajiet kollha tagħhom sabiex isalvaw il-ħajja tat-tifel kemm jista jkun malajr. Apparti li ġew ġġudikati dwar il-ħila tagħhom il-ġurija osservat ukoll il-komunikazzjoni ta bejn it-tim.
Iż-żewġ unuri oħra marru għall-Konsulenti Dr Tanya Esposito u Dr Jonathan Joslin. Dawn inghataw it-titlu ta’ fellows tal-European Resuscitation Council. Dan it-titlu jingħata lill-aktar membri prominenti u li taw kontribuzzjonijiet tajbin f’forom ta studji u prattiċi.