OJ Simpson inħeles mill-arrest fuq parole wara disa’ snin ta’ priġunerija fil-ħabs ta’ Nevada.
Hu kien qed jiskonta sentenza fuq sentenza relatata ma’ serq waqt li kien armat b’armi tan-nar fost akkużi oħrajn f’każ li jmur lura fl-2007.
Kien lura f’Lulju li ħarġet l-aħbar li l-eks stilla tal-futbol Amerikan se jkun qed jinħeles mill-arrest qabel iż-żmien u se jkun taħt superviżjoni għal dawn il-ħames snin li ġejjin.
Fl-1995 Simpson kien inħeles minn akkużi relatati mal-qtil tal-eks mara tiegħu Nicole Brown Simpson u s-sieħeb tagħha Ron Goodman.