In-nies bdew jinġabru minn kmieni l-Ħadd filgħodu quddiem il-postijiet tal-votazzjoni f’Katalonja, hekk kif il-poplu beda jivvota għal referendum ta’ indipendenza.
Referendum li qed isib l-oppożizzjoni tal-gvern Spanjol.
Uffiċjali tal-gvern Katalan qalu li l-kaxxi tal-votazzjoni kienu lesti u bassru turnout kbir.
Il-kapitali Madrid wegħdet li se twaqqaf il-vot, li kien dikjarat illegali mill-Qorti.