Il-captain ta’ Frankfurt, Marco Russ, skopra li għandu tumur b’kumbinazzjoni lbieraħ u llejla lagħab logħba importanti għat-tim tiegħu.
Russ, ta’ tletin sena, sar jaf li għandu tumur wara li falla test ta’ doping fejn id-demm immarka mhux normali. Iktar tard sar magħruf li għandu din il-marda u kien għalhekk li d-demm immarka b’mod differenti mis-soltu.
“Minkejja l-aħbar traġika l-plejer qal li lest jilgħab,” iddikjara l-klabb li ma stqarrx fejn hu t-tumur. Russ huwa ikona tat-tim ta’ Frankfurt fejn lagħab il-parti l-kbira tal-karriera tiegħu.
Il-logħba ma’ Nurnberg, li hija play off kontra r-relegazzjoni, spiċċat bl-iskor ta’ 1-1 b’Russ ma kellux waħda mill-aqwa logħbiet tiegħu tant li għamel awto gowl.