L-ogħla uffiċjal tal-infurzar tal-liġi fi Florida Pam Bondi qalet li m’hemm “l-ebda raġuni” għala O.J. Simpson għandu jingħata d-dritt jirritorna lejn Florida.
Dan wara li jinsabu fl-aħħar fażijiet il-proċessi sabiex l-eks-stilla tal-futbol Amerikan, li kien diġa’ kkundannat għal sentenza ta’ priġunerija għal qtil ta’ żewġ persuni, issa jiġi meħlus mill-ħabs ta’ Nevada fejn huwa ilu jiskonta sentenza oħra għal serq dawn l-aħħar disgħa snin.
F’ittra lis-Segretarju tad-Dipartiment tal-Korrezzjonijiet ta’ Florida, Julie L. Jones, l-Avukat Ġenerali ordnat lil Jones biex tinnotifika lill-awtoritajiet ta’ Nevada li Florida “toġġezzjona” li Simpson iservi l-parole tiegħu hemmhekk.