Is-segretarju tas-saħħa tal-Istati Uniti, Tom Price rriżenja wara l-użu ta’ ajruplani privati għaljin għal negozju uffiċjali.
Dan wara li aktar kmieni talab apoloġija talli għamel sitta u għoxrin titjira privata minn Mejju ‘l hawn bi spiża ta’ erba’ mitt elf dollar Amerikan lil kull min iħallas it-taxxa.
Uffiċjali tal-gvern huma mitluba li jagħmlu użu minn titjiriet kummerċjali għal vjaġġi marbuta max-xogħol.
Tliet membri oħra tal-kabinett tal-President Donald Trump ukoll jinsabu taħt skrutinju talli użaw ajruplani privati waqt ix-xogħol.
Dikjarazzjoni mill-White House qalet li l-President Trump aċċetta r-riżenja ta’ Price, b’Don J Wright ġie maħtur bħala agent segretarju tal-istat.