Il-Ministeru għall-Finanzi ġie infurmat mill-Kummissarju tat-Taxxi li waqt l-investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa fuq il-lista tal-Panama, irriżulta isem ta’ persuna li hi l-konjugi ta’ impjegat fid-Dipartiment tat-Taxxa.
Għalkemm s’issa jidher li l-kumpanija nfetħet mill-konjugi qabel iż-żwieġ, il-Kummissarju ħa passi ta’ prekawzjoni sakemm isir l-istħarriġ neċessarju.
L-impjegat ikkopera mad-Dipartiment f’dan ir-rigward u preżentament qiegħed bil-leave.