Saru passi deċiżivi ‘l quddiem fl-aħħar rawnd minn sensiela ta’ taħdidiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Dan qalu s-segretarju ta’ Brexit, David Davis li tkellem fl-aħħar mill-ewwel taħdidiet minn mindu sar id-diskors ta’ Theresa May il-ġimgħa li għaddiet fl-Italja u li fih intqal li r-Renju Unit irid perjodu ta’ transizzjoni ta’ sentejn.
Min-naħa tiegħu, n-negozjatur ewlieni Michel Barnier qal li għad hemm differenzi kbar bejn iż-żewġ naħat fuq kwistjonijiet ta’ tluq.
Huwa qal li saħansitra tista’ tieħu ġimgħat jew xhur sakemm ikun hemm qbil fuq il-pass li jmiss għal taħdidiet fuq relazzjonijiet futuri.