Pajjiżna se jkun qed jimbarka fuq strateġija li għandha l-għan li żżid il-litteriżmu fis-settur finanzjarju.
Sostna dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirizza konferenza dwar il-kreditu, organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-amministrar tal-kreditu.
Il-Prim Ministru spjega kif iċ-ċittadin għandu jkun iżjed mgħarraf bil-prinċipji li jitħaddnu fis-settur finanzjarju li jolqot lil kullħadd.
Żied jgħid li din il-konferenza internazzjonali itellet fid-dawl li pajjiżna qed igawdi minn ekonomija b’saħħitha u li t-tkabbir ekonomiku jiżboq kull tbassir ekonomiku li qed issir fuq Malta.
Meta ġie biex jitkellem dwar l-amministrar tal-kreditu, Joseph Muscat irrefera għad-direttiva ta’ pagamenti li jsiru tard.
Saħaq li s-settur privat jiġi penalizzat meta jagħmel transizzjonijiet tard iżda sa issa l-awtoritajiet Maltin jinsabu ‘l fuq minn din id-direttiva.
Muscat qal li l-Gvern irid ikun ta’ eżempju tajjeb u għalhekk irid ikun minn ta’ quddiem li jesiġi li din id-direttiva tapplika wkoll għall-istituzzjonijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika.
Il-Prim Ministru irrijaferma l-politika tal-Gvern favur in-negozji u semma numru ta’ inizzjattivi li saru f’dawn l-aħħar tlett snin biex jixpruna aktar investiment.