Il-Borża ta’ Malta minn dejjem kienet waħda ta’ suċċess u li ħalliet il-profitti madankollu qatt ma kkompetiet fis-swieq internazzjonali.
Dan jista’ jkun minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna, iżda fuq nett ta’ pjan ta’ riforma li żvelat is-sena l-oħra kien hemm li din tibda’ tħabbatha ma’ wħud mill-aqwa boroż fl-Ewropa.
Kien għalhekk li propju introduċiet suq ġdid, dak tal-‘Institutional Financial Securities Market’.
Il-Borża ta’ Malta ser tinroduci suq ġdid f’pajjiżna tal-‘Institutional Financial Securities Market’ li hu mmirrat biex jimirħu fih kumpaniji kbar kemm Maltin iżda aktar minn hekk dawk internazzjonali sabiex eventwalment dawn jinvestu flushom f’pajjiżna.
Il-Kap Ezekuttiv tal-Borża ta’ Malta, Simon Zammit, qal li dan is-suq ser ikun qed jiżdied maż-żewġt iswieq li l-Borża diga topera – dak tal-kumpaniji żgħar u medji u dak tal-bejgħ bl-imnut, u ser ikun immirat partikolarment għall-investituri professjonali.
Fil-fatt l- investiment li jista’ jsir f’ dan is-suq, irrid jaqbeż il-mitt elf ewro.
Dan is-suq ser jiftaħ orrizzonti ġodda għas-settur tas-servizzi finanzjarji f’ pajjiżna.
Permezz ta’ din l-inizjattiva dan is-settur ser ikompli jissaħħaħ u jibni r-reputazzjoni tajba li diġa għandu.
Dan qed isir bħala parti minn riforma li l-Borża ta’ Malta għaddejja minnha fil-mument, u li kienet mħabbra s-sena li għaddiet.
Fi kliem is-Sur Zammit, il-Borża ser timbarka fuq kampanja internazzjonali sabiex investituri barranin meqjusa bħala ġganti fis-settur finanzjaru jersqu lejn pajjizna, b’hekk “nibdew inwessaw internazzjonalment is-suq Malti.”