Matul l-attivitá Science in the City, Heritage Malta qed toffri l-opportunitá lill-pubbliku ġenerali biex jara mill-viċin ħidmet ix-xjentisti tal-Laboratorji Diagnostiċi tal-aġenzija u kif jesploraw u jinvestigaw oġġetti storiċi.
Is-sistema micro-XRF tintuża minn Heritage Malta sabiex tanalizza materja
Waqt din il-prezentazjoni, l-udjenza żgħażugħa hija mistiedna sabiex tipparteċipa b’mod prattiku sabiex tifhem kif forom differenti ta’ materja tirejagixxi ma’ materjali differenti. Ir-rizultat ta’ dan jgħin l-ixjentisti jifhmu aktar dak li qed jeżaminaw u kif din tgħin fid-deciżjoni ta’ x’azzjoni trid tittieħed.
Science in the City se jsir fit-29 ta’ Settembru. Il-preżentazzjonijiet xjentifiċi minn Heritage Malta se jsiru kull siegħa, jibdew fis-7.00pm u jispiċċaw fl-10.00pm, fil-Gran Salon fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.
Id-dħul se jkun b’xejn.