Il-gvern tal-Istati Uniti ħabbar il-bidu tal-bini ta’ tmien prototipi tal-fruntiera mal-Messiku, li kienet wegħda elettorali tal-President Donald Trump.
Il-Customs and Border Protection qal li erba’ mill-prototipi se jkunu magħmula minn konkrit, filwaqt li l-oħrajn se jużaw materjali alternattivi.
Il-pjan hu li jkunu ppruvat diversi sezzjonijiet tal-ħajt viċin San Diego. Fil-post fejn beda x-xogħol hemm preżenza qawwija ta’ uffiċjali federali u tal-infurzar tal-liġi.
Il-prototipi se jkunu disa’ metri għoljin u disa’ metri twal, u mistennija jkunu lesti fi tletin jum. Wara mbagħad issir tlett xhur evalwazzjoni tad-disinji.