Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ katavru fil-baħar. Il-katavru nstab għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart fl-inħawi ta’ Miġra l-Ferħa, limiti tar-Rabat.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu katavru ta’ raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatret Inkjesta Maġisterjali, mill-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera.