Żewġt irġiel ġew illiberati minn kull akkuża miġjuba kontrihom wara li ttellgħu l-qorti akkużati b’irregolaritajiet fl-arloġġi tal-elettriku.
Lewis Caruana u Brian Leanord James ġew akkużati li għal diversi drabi kisru l-liġi għax allegatament bagħbsu l-arloġġ tad-dawl, b’ konsegwenza li ma kienux qed iħallsu għall-elettriku kkunsmat minnhom.
Wieħed minnhom saħansitra ġie akkużat li kkorompa uffiċjal tal-enemalta billi offriielu rigal sabiex l-akkużat ma’ jiġix irrappurtat.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ċanfret lill-prosekuzzjoni talli naqqset li turi biżżejjed provi, aktar u aktar fejn jidħlu akkużi ta’ koruzzjoni.