Sabrina Camilleri ta’ tmienja u għoxrin sena ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ elf ewro wara li ġiet akkużata li heddet u darbet ħafif pulizija mara f’San Ġiljan. Camilleri ġiet akkużata wkoll li kisret il-paċi pubblika.
L-inċident seħħ wara li allegatament it-tfajla qabdet u ħarġet minn parkeġġ u l-pulizija li kienet qed issuq daqqitilha l-ħorn sabiex tieqaf. Kien hawn li għal xi raġuni t-tfajla niżlet mill-karozza u nqala’ argument bejniethom.