F’reazzjoni għall-graffiti mħażża fuq partijiet minn Wied tal-Kantra fix-Xlendi, l-Ministeru għal Għawdex stqarr li qed isir dak kollu possibli biex tiġi evitata ħsara fit-tul.
Fi stqarrija uffiċjali, filwaqt li kkundanna atti bħal dawn li jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali, il-Ministeru saħaq li qed jittieħdu pariri professjonali dwar x’jista jsir biex terġa’ tinkiseb id-dehra oriġinali tal-wied.
Fost l-esperti kkonsultati ġiet imsemmija wkoll l-fondazzjoni Heritage Malta, li għaddejjin diskussjonjiet magħha sabiex tingħata l-aħjar gwida dwar l-intervent li jista’ jsir.