Simon Mercieca, wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista, għadu qed jinsisti li l-Vici Kap Mario De Marco għandu jirriżenja jew jitkeċċa mill-Partit Nazzjonalista.
Fil-programm Arena, Mercieca kien mistoqsi jekk għadux jemmen f’dawn id-dikjarazzjonijiet li għamel fl-aħħar xhur u għal darboħra qal li iva. Bid-differenza li din id-darba qal li la De Marco ma telaqx il-ballun huwa f’saqajn Simon Busuttil.