Filwaqt li iktar nies qed jagħmlu użu mill-ilma bbottiljat matul ix-xhur sħan tas-sajf, oħrajn f’Malta qed jagħmlu użu mill-vit fil-kċina tagħhom biex jaqtgħu
L-inizjattiva tal-Bank, li kienet disponibbli għall-membri kollha tal-istaff, wasslet biex 53 familja għażlu li jinstallaw is-sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma u jiffrankaw ix-xiri u l-ħażna tal-fliexken tal-ilma. Barra minn hekk, hu stmat li l-bidla mill-ilma tal-flixkun għall-ilma tal-vit filtrat qed tnaqqas il-produzzjoni u r-rimi ta’ iktar minn 45,000 flixkun tal-plastik kull sena.
Nadia Micallef, impjegata ta’ HSBC Malta, li l-familja tagħha ta’ erba’ min-nies ibbenefikaw mis-sussidju, qalet: “Qabel ma kellna s-sistema tar-RO konna noqgħodu nġorru pakketti tqal tal-ilma mill-ħwienet sal-karozza, u wara ntellagħhom fl-appartament tagħna li jinsab fl-ewwel sular. Ta’ kull ġimgħa ridna noħorġu boroż mimlijin bi fliexken tal-plastik għar-riċiklaġġ. Permezz tal-HSBC u s-sussidju attrajenti li offrew lill-istaff, il-familja tiegħi issa għandha s-serħan il-moħħ li tazza ilma tajba hi biss vit ’il bogħod.”
Il-proċess ta’ RO juża għadd ta’ fażijiet differenti ta’ filtrazzjoni biex ineħħi partiċelli u kimiċi mill-ilma tal-vit. Dan il-proċess itejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità u t-togħma tal-ilma. L-impjant ta’ RO domestiku ġeneralment
“Id-djar mgħammra bis-sistema RO qed jiffrankaw l-inkonvenjent li joqgħodu jġorru u jaħżnu l-ilma bbottiljat. Fl-istess waqt, għall-ambjent, dan ifisser li inqas fliexken se jmorru f’miżbla jew għar-riċiklaġġ,” qal Nikolaos Fertakis, iċ-Chief Operating Officer ta’ HSBC Malta.
L-ilma hu wieħed mit-temi ewlenin tas-sostenibbiltà korporattiva ta’ HSBC Malta. Il-Programm tal-Ilma tal-HSBC – Catch the Drop, li tnieda fl-2013, saret l-akbar kampanja ta’ konservazzjoni tal-ilma f’Malta. Il-kampanja involviet aktar minn 50,000 student, kunsilli lokali, istituti ta’ edukazzjoni għolja, politiċi, kif ukoll Ministri tal-Ambjent tal-UE-28. L-inizjattiva tar-RO tal-Bank kienet issussidjata mill-Programm tal-Ilma tal-HSBC – Catch the Drop.