L-Assistant Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Jean Pierre Debono, irriżenja minn Deputat Parlamentari l-Ħadd filgħaxija.
Debono mar bl-ittra tar-riżenja l-Ħadd filgħaxija għand l-iskrivan tal-kamra Ray Scicluna. Dan kien irraportat mill-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, In-Nazzjon.
Il-ġurnalisti ma kienux mistiedna u lanqas kienu infurmati li Jean Pierre Debono irriżenja uffiċjalment minn deputat sabiex is-siġġu tiegħu ikun jista’ jieħdu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Debono, li kien taħt pressjoni, kien l-unika soluzzjoni sabiex Delia jsir Kap tal-Oppożizzjoni. Minħabba li d-Deputati li mar għandhom Adrian Delia biex iċedulu is-siġġu, kollha irrifjutaw.
Jean Pierre Debono kien taħt pressjoni sabiex immedjatament jirriżenja mill-Parlament u jibda l-proċess tal-elezzjoni każwali. F’din l-elezzjoni se jikkontestaw kemm il-kandidati Nazzjonalisti u kif ukoll tal-Partit Demokratiku tas-seba’ distrett.
Dan kollu jrid isir tul din il-ġimgħa dan sabiex nhar it-Tnejn fil-ftuħ tal-Parlament Delia jsib postu fil-Parlament.
Bħalissa Jean Pierre Debono qed ikun skomdu jiffaċċja lill-ġurnalisti għax ġie kkonfermat li Delia ma kellu l-ebda pjan kif qal lit-tesserati Nazzjonalisti sabiex jikseb s-siġġu Parlamentari.
Debono qed ikun skomdu ukoll jiffaċċja lill-ġurnalisti minħabba li rrikorra għal prattiċi illeċiti fejn preżenta prokuri b’firem foloz sabiex jiġbor bosta dokumenti tal-voti għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Jean Pierre Debono kien qed jaħdem qatiegħ sabiex Adrian Delia jilħaq Kap Nazzjonalista.